Birkirkara ….…2
Gzira United …2
Minn Cristian Muscat
Birkirkara sfaw miżmuma minn Gzira United fi draw ta’ 2-2 b’dawn tal-aħħar jilagħbu għal kważi t-tieni taqsima sħiħa bi player inqas.
Il-Karkariżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fis-seba’ minuta rebħu penalty meta Montell Shaquill waqqa’ lil Ignacio Manuel Morello fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru inkariga ruħu Maxuell Maia li ra t-tentattiv tiegħu salvat f’corner bi bravura minn Mangano megħjun minn sieq il-wieqfa.
Ta’ nota huwa l-fatt li dan kien l-ewwel penalty fallut minn Maia matul dan l-istaġun. Mill-corner li rriżulta mogħti minn Alex Da Paixao Alves, kien hemm taħwida fil-kaxxa, bil-ballun prattikament ħabat ma’ GISLAIN YIKPE li kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u ntemm ġewwa.
Iżda l-Istripes bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal għax fit-12-il minuta Gzira kisbu d-draw meta xutt ta’ Gabriel Bohrer Mentz minn tarf il-kaxxa ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper Giacomo Volpe, u mir-rebound LUIS CARLOS RIASCOS mill-viċin tefa’ gewwa.
Il-Maroons wieġbu fl-44 minuta meta Volpe ħareġ barra minn postu fit-tentattiv li jikklerja l-ballun, iżda pront kien Thaylor Aldama li seraqlu l-ballun qabel kellu t-tentattiv tiegħu salvat minn difensur Karkariż.
Fil-51 minuta Gzira qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Enrico Pepe wara li rċieva t-tieni karta safra.
Iżda l-Maroons bdew jieħdu l-inizjattiva u fid-59 minuta, Lucas Macula kellu x-xutt b’saħħtu tiegħu jintemm ftit għoli.
Peró, il-vantaġġ numeriku ta’ Birkirkara beda jħalli l-effett mixtieq u fit-68 minuta reġgħu marru fil-vantaġġ meta MAXUELL MAIA rċieva tajjeb mingħand is-sostitut Paul Mbong li permezz ta’ xutt sabiħ tefa’ wara Mangano.
Fid-79 minuta, xutt ta’ Mbong minn barra l-kaxxa ġie salvat b’diffikultá minn Mangano b’siequ.
Fis-87 minuta, il-Gżirjani kisbu d-draw permezz ta’ xutt djagonali fil-baxx ta’ LUCAS MACULA, wara li rċieva mingħand is-sostitut Kevin Tulimieri, li ntemm fir-rokna tax-xibka, bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-wieqfa qabel jintemm ġewwa.
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Manuel Morello, 5-Agustin Sandona, 6-Alex Satariano, 24-Leandro Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef (8-Paul Mbong 69), 30-Nathan Cross (7-Shaun Dimech 81), 59-Stephane Donovan, 77-Alex Da Paixao Alves, 91-Maxuell Maia, 93-Gislain Yikpe (27-Alessandro Coppola 69) – Coach: Stefano De Angelis
GZIRA U.: 30-Giulio Mangano, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Enrico Pepe, 6-Andrew Borg, 7-Thaylor Aldama, 11-Lucas Macula, 14-Luis Carlos Riascos, 17-Montell Shaquill, 18-Diogo Barbosa (8-Zachary Scerri 58), 20-Stefan Denic (92-Kevin Tulimieri 58), 93-Thiago Espindola – Coach: Giovanni Tedesco
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Roberto Vella
RABA’ UFF: Slobodan Petrovic
SKORERS: G. Yikpe 9, M. Maia 68 (B), L. C. Riascos 12, L. Macula 87 (GU)
AMMONITI: E. Pepe (2), A. Sandona, N. Micallef, L. L. Lacunza (B), L. C. Riascos (GU)
TKEĊĊA: E. Pepe 51 (GU)