Friday, December 5, 2025

Veterani: Birkirkara St Helen’s juru reżiljenza u jiksbu l-ewwel punt tal-istaġun

Aqra wkoll

Birkirkara St Helen’s urew reżiljenza liema bħalha sabiex żammew lil-leaders MFPA fi draw ta’ 3-3.

Minkejja li l-Malta Football Players Association kienu għal ħafna drabi fil-vantaġġ, il-Karkariżi qatt ma qatgħu qalbhom sabiex kisbu l-ewwel punt tal-istaġun.

Christian Caruana, Jean Pierre Mifsud Triganza u Gilbert Camilleri skorjaw għal Birkirkara St Helen’s sabiex Mark Zammit, Valdo Alinho u Julian Galea irrispondew għall-MFPA.

Referee kien Alper Can.

Sadanittant wara l-aħħar riżultati mit-tielet ġurnata tal-Malta Veterans Premier League, hemm erba’ timijiet b’sitt punti u għalhekk punt wara MPFA.

Hibernians kisbu rebħa tajba ta’ 8-6 kontra Rabat Veterans.

L-aħwa Johnny u Christopher Camilleri skorjaw ħames gowls bejniethom b’Adrian Lanzon, Beppe Antignolo u David Azzopardi li wkoll niżżlu isimhom fuq il-ktieb tal-iskorers.

Rabat baqgħu fil-logħba b’erba’ gowls minn Adam Smeir kif ukoll Robert Perkins u Luke Portelli.

Referee kien Alper Can.

Floriana kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara li għelbu lil Luxol St Andrews 6-2.

William Camenzuli skorja doppjetta b’Manolito Micallef, Gilbert Scerri, Ryan Darmanin u Gordon Failla li komplew jissiġġillaw ir-rebħa tal-Greens.

Glenn Bonello skorja doppjetta għal Luxol.

Referee kien Peter Abela.

Finalment Gżira United telgħu għal sitt punti fil-klassifika wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Żurrieq Wolves 3-0.

Kevin Sammut, Allan Spiteri u Ian Zammit kienu l-iskorers għall-Maroons.

Referee kien Peter Abela.

KLASSIFIKA – MALTA VETERANS PREMIER LEAGUE

MFPA 7, Luxol St Andrew’s, Floriana, Gżira United, Hibernians 6, Żurrieq Wolves 3, Birkirkara St Helen’s 1, Rabat Veterans 0

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport