Sunday, December 22, 2024

Birkirkara St Joseph Sports Club se jniedi s-Sajf tal-Isport 2022 nhar il-Ħadd li ġej

Aqra wkoll

Birkirkara St Joseph Sports Club se jagħti bidu għas-sajf ta’ sport tiegħu nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju meta se ssir l-ewwel, mill-erba’ tiġrijiet, Go&Fun Sprint Triathlon Series fi Triq il-Kosta tas-Salina.

Go&Fun Sprint Triathlon Series hija mifruxa fuq erba’ tiġrijiet tat-triathlon. Kull tiġrija tikkonsisti f’għawma ta’ 750m, dawra ta’ 20km bir-rota,  u ġirja ta’ 5km. Triatleti li qed jieħdu sehem fl-Sprint Triathlon Series, li qed isiru taħt l-awspiċji tal-Malta Triathlon Federation, ikunu eliġibbli għall-punti fl-Iskema Triathlete of the Year.

Intant, il-Club se jkun qed jospita wkoll il-Youth Triathlon Series. Is-serje hija mistennija ħafna peress li dawn ma ġewx ospitati għal żmien twil minħabba nuqqas ta ‘permessi.

Il-Malta Community Chest Fund imħabbra bħala Karità Uffiċjali

Birkirkara St Joseph Sports Club ħabbar ukoll is-sħubija tiegħu mal-Malta Community Chest Fund, bħala l-istituzzjoni ta’ karità uffiċjali tal-Klabb matul is-sena kurrenti.

Dan ġie żvelat wara laqgħa kordjali li saret dan l-aħħar bejn uffiċjali taż-żewġ entitajiet biex jitfassal it-triq ‘il quddiem biex jinġabru fondi permezz tal-attivitajiet tal-Klabb u l-membri tiegħu.

“Il-Klabb matul is-snin appoġġja diversi istituzzjonijiet tal-karità, permezz ta’ kontribut minn kull wieħed mill-avvenimenti tiegħu. Din is-sena bi pjaċir nappoġġaw lill-Malta Community Chest Fund għall-isforzi tagħha biex tappoġġja individwi u entitajiet biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.” irrimarka Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara San Ġużepp Sports Club.

Il-Community Chest fund approva u laqa’ din is-sħubija, u faħħar lil din l-organizzajjoni għall-proposta nobbli tiegħu lejn il-komunità.

“Il-Fondazzjoni tilqa’ lil Birkirkara St Joseph Sports Club fi ħdanha u jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ sħubija reċiproka li żgur tikkontribwixxi fondi tant meħtieġa lill-Fondazzjoni fix-xhur li ġejjin” irrimarka John Attard, rappreżentant tal-MCCFF f’dan il-proġett.

Ir-reġistrazzjoni għall-Go&Fun BSJ Sprint Triathlon Series tista’ ssir onlajn

https://bsj.mt/event/2022-bsj-sprint-triathlon/  jew sa 30 minuta qabel it-tellieqa tal-Ħadd.

L-atleti li qed jieħdu sehem huma meħtieġa li jkollhom liċenzja mill-Malta Triathlon Federation li tista’ tinkiseb permezz tal-websajt tagħhom www.triathlonmalta.org

Ekonomija

Sport