Wednesday, November 20, 2024

Birkirkara St Joseph Sports Club u CORSA jiffirmaw ftehim ta’ sħubija

Aqra wkoll

Birkirkara St Joseph Sports Club iffirmaw ftehim ta’ sħubija ma’ CORSA li se jara liż-żewġ entitajiet sportivi jingħaqdu flimkien.

L-għan ta’ dan il-ftehim hu li tiżdied il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-isport, u permeżż tal-attiviatjiet sportivi, jpoġġu lil Malta fuq il-mappa sportiva internazzjonali.

It-taħditiet bejn iż-żewġ entitajiet ilhom għaddejjin għal ftit ġimgħat u fl-aħħar intlaħaq ftehim bejn il-President ta’ Birkirkara St Joseph Ray Grech u d-Direttur ta’ CORSA Matthew Pace meta aktar kmieni din il-ġimgħa meta ġie ffirmat l-ftehim.

Il-President tal-Birkirkara St Joseph stqarr li  “Il-klabb tagħna għandu kalendarju sportiv impenjattiv li jkopri s-sena kollha. Dan jinkludi ġiri fit-toroq, ċikliżmu, triathlon, u għawm fl-ilma miftuħ, għalhekk għandna portafoll kbir mhux ħażin. Barra minn hekk, it-tim tal-avvenimenti tagħna jipprovdi servizzi loġistiċi lil organizzazzjonijiet oħra” ikkummenta Grech. “It-tim CORSA jorganizza maratona f’Malta. Nħossu li flimkien għandna l-ħila li niżviluppaw l-isport f’Malta u nattiraw atleti barranin għall-avvenimenti tagħna biex b’hekk inpoġġu lil Malta fuq quddiem fil-mappa sportiva internazzjonali.”

Grech esprima t-tama tiegħu li dan il-ftehim iħeġġeġ lil dawk li jħobbu l-isport f’Malta biex jibdew iduqu l-esperjenza ta’ kompetizzjoni f’avvenimenti organizzati tajjeb u “l-għan tagħna hu li nżidu n-numri ta’ parteċipazzjoni mill-oqsma kollha,” qal Grech. “F’Malta għandna ħafna sport li qed jiġi organizzat u hemm ħafna atleti li jipprattikaw l-isport waħedhom. Mhux sigriet li hemm aktar sodisfazzjon meta l-kompetizzjoni tiġi esperjenzata permezz ta’ avveniment organizzat”.

Id-Direttur ta’ CORSA Matthew Pace qal li kien kuntent jissieħeb ma’ Birkirkara St Joseph li mhux biss se jkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ entitajiet iżda għall-isport Malti in ġenerali.

“Aħna tassew soddisfatti b’din is-sħubija. Il-missjoni tal-CORSA hija li tippromwovi t-turiżmu sportiv f’Malta, jiġifieri permezz ta’ avvenimenti ewlenin bħall-Maratona La Valette u Challenge Triathlon. Birkirkara St Joseph huma klabb ferm professjonali, b’aktar minn erba’ deċennji ta’ esperjenza. Il-kalendarju tal-isports f’Malta huwa diġà mimli u għalhekk ma kienx ser jkun ta benefiċju li noħorġu b’avvenimenti u dati ġodda.” stqarr Pace.

Pace kompla jżid jgħid li fhema taż-żewġ entitajiet hija fuq l-istess l-livell, partikolarment meta CORSA esperjenzaw il-kwalita tas-servizzi pprovduti mill-Club, fejn minn hemm bdiet tinbena relazzjoni b’saħħitha.

Pace qal li l-għan ewlieni wara dan il-ftehim huwa li jipprova jattira lill-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tieħu sehem f’avvenimenti sportivi, partikolarment fid-dawl ta’ statistika negattiva dwar l-obeżità.

L-avveniment li jmiss li se jtella’ il-Birkirkara St Joseph Sports Club u Corsa se jkun il-Go&Fun Olympic Distance Triathlon nhar il-Ħadd 14 ta’ Mejju fi Triq il-Kosta tas-Salina.

Ir-reġistrazzjoni għandha ssir online sa mhux aktar tard mill-Ħamis 11 ta’ Mejju – www.bsj.mt

Sport