Monday, December 23, 2024

Birkirkara u Sliema W. ifallu żewġ punti

Aqra wkoll

Birkirkara …….1

Sliema W. …….1

Minn Cristian Muscat

F’konfront li ħa l-ħajja fit-tieni taqsima, Birkirkara u Sliema Wanderers temmew fi draw ġust ta’ 1-1, bl-Istripes jilagħbu l-aħħar 20 minuta bi player inqas.

Iżda dan id-draw ma kkuntenta lil ħadd hekk kif iż-żewġ timijiet fallew żewġ punti importanti fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika, b’Birkirkara jistgħu jiġu milħuqa fil-quċċata. 

Kien biss fis-36 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bi Sliema Wanderers jiftħu l-iskor meta l-attakkant Sloven VITO PLUT approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Birkirkara u permezz ta’ xutt fil-baxx minn qagħda ideali tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fil-45 minuta Birkirkara wieġbu għall-ewwel darba meta wara li rċieva minn free-kick qasir, Alessandro Coppola kellu x-xutt fil-baxx tiegħu mid-distanza jintemm ferm barra.

Fi-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, ħarġu aktar aggressivi fit-tentattiv li jis­korjaw il-goal tad-draw … u wara biss ftit sekondi, wara li rċieva minn cross perfett, Paul Mbong, kell­lu d-daqqa ta’ ras tiegħu li ntemmet barra.

Fit-52 minuta, Sliema rris­pondew permezz ta’ xutt saħħtu ta’ Simon Zibo mid- distanza li ntemm għoli.

Erba’ minuti wara, Birkirkara kisbu d-draw meta  MAXUELL MAIA kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun u mill-viċin tefa’ gewwa, b’dan ikun l-10 goal staġjonali tiegħu.

Fid-59 minuta, il-Wanderers reġgħu ħolqu l-periklu meta free-kick insidjuż ta’ Steve Pisani ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper, Gia­como Volpe.

Fis-70 minuta, il-Karkariżi ħadu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players  meta tkeċċa l-attakant Brażiljan,  Maxuell Maia, wara li ntwera t-tieni karta safra.

birkirkara: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Morello, 5- Agustin Sandona (77-Maicon 46), 7-Shaun Dimech, 8-Paul Mbong (25-Neil Micallef 58), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Lautaro Lacunza, 27-Alessandro Coppola, 91-Maxuell Maia, 93-Gislain Yikpe (18-Seth Paintsil 55) (4-Luis Cordova Mina 78)   – Coach: Stefano De Angelis

sliema w.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend (77-Mohamed Awad 77), 9-Vito Plut, 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley (97-Jonata De Oli­veira Bastos 67), 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani – Coach: xPaul Zammit

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Paul Apap

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: V. Plut 36 (S), M. Maia 56 (B)

AMMONITI: K. Zammit, M. Maia (2), S. Dimech, G. Volpe, A. Satariano (B), S. Zibo, J. Borg, G. Alcino, M. Beerman (SW)

TKEĊĊA: M. Maia 70 (B)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport