HAMRUN SPARTANS ….. 6
BIRKIRKARA ………………1
Passiġġata u xalata ta’ goals minn Hamrun Spartans umiljaw lil Birkirkara bl-iskor ta’ 6-1.
Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu u resqu qrib li jiftħu l-iskor fit-12-il minuta meta Mouad El Fanis mill-viċin impenja sew lill-goalkeeper Spanjol u captain ta’ Birkirkara, Miguel Angel Martinez, li salva bi bravura biex evita goal ċert.
Birkirkara wieġbu fl-24 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Damian Marcos Maydana li ntemmet ftit barra.
Fl-34 minuta kien Ognjen Bjelicic li inkariga ruħu minn free-kick li ntemm ftit barra.
Żewġ minuti wara, Hamrun fetħu l-iskor meta MOUAD EL FANIS sab ix-xibka b’xutt b’saħħtu mill-viċin.
Madankollu, kontra x-xejra tal-logħob, fil-45 minuta Birkirkara kisbu l-goal tad-draw permezz ta’ STEPHANE DONOVAN MAKOMA li mill-viċin tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Hamrun, Henry Bonello.
Iżda ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, MATIAS NICOLAS GARCIA poġġa lill-Ispartans fil-vantaġġ b’xutt mill-viċin.
Fis-67 minuta, huma skorjaw it-tielet goal meta N’DRI KOFFI daħal tajjeb għal cross u xeħet fix-xibka.
Il-Ħamruniżi komplew jiddominaw u fil-71 minuta għamluhom erbgħa permezz ta’ xutt mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa ta’ MATIAS NICOLAS GARCIA, li ħasad għal kollox lil Martinez, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.
Tliet minuti wara, JOSEPH MBONG skorja l-ħames goal minn pożizzjoni ideali filwaqt li fid-90 minuta Emerson Marcelina ssiġilla r-rebħa.
Hamrun S.: Henry Bonello, Rafael Petrilio Compri, Sven Xerri (Shaisen Attard 77), Matias Nicolas Garcia, Joseph Mbong (Scott Camilleri 87), Vincenzo Polito, N’Dri Koffi, Ederson Domingos (Jovan Cadenovic 76), Ognjen Bjelicic (Domantas Simkus 72), Mouad El Fanis (Serigne Saliou Mbacke Thioune 46), Emerson Marcelina – Coach: Giacomo Modica
Birkirkara: Miguel Angel Martinez, Francisco Lopez Garrone (Stefan Marjanovic 54), Manuel Ignacio Morello, Shaun Dimech (Jan Busuttil 72), Kaiden Fenech, Neil Micallef, Marcos Damian Maydana, Nathan Cross, Geoffrey Acheampong, Donovan Stephane Makoma, Lucas Ribeiro De Oliveira – Coach: Gianluca Festa
Referee: Ishmael Barbara
assistenti: Luke Portelli, Kurt Saliba
Raba’ Uff.: Joseph Scerri
Skorers: M. El Fanis 36, M. Garcia 50, 71, N. Koffi 66, J. Mbong 74, E. Marcelina 90 (HS); D. Makoma 45 (B)
Ammoniti: E. Domings (HS); S. Marjanovic (B)
Player tal-Logħba: Matias Nicolas Garcia (Hamrun S.)




