Saturday, February 8, 2025

Birkirkara jegħlbu lil Mosta li lagħbu bi player inqas għal kważi taqsima

Aqra wkoll

Birkirkara …….2

Mosta …………..0

Minn Cristian Muscat

Birkirkara kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil  Mosta bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals  jaslu wieħed f’kull taqisma. Detrimentali għall-Mostin kien il-fatt li lagħbu għal kważi t-tieni taqsima sħiħa bi player inqas.

Birkirkara għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-bidu tal-partita hekk kif ħarġu fuq l-offensiva u fetħu l-iskor wara biss seba’ minuti b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa tal-captain ALEX SATARIANO wara li rċieva mingħand Maxuell Maia, b’dan ikun it-tielet goal għalih matul dan il-kampjonat.

Huma komplew fuq l-of­fenisva u fit-33 minuta resqu qrib li jirduppjaw l-iskor, meta wara li rċieva minn cross ta’ Manuel Morello, Maxuell Maia kellu x-xutt tiegħu salvat f’corner mill- goalkeeper ta’ Mosta. David Udoh Akpan.

Fis-47 minuta, Mosta qal­għu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’għaxar players hekk kif tkeċċa Joao Teixeira permezz ta’ karta ħamra diretta wara li kkommetta foul ikrah fuq Sata­riano.

Birkirkara bdew japprofittaw mill-fatt li bdew jilagħbu bi player iktar u mas-siegħa logħob Morello għadda lejn Maxuell li kellu t-tentattiv tiegħu minn barra l-kaxxa mdawwar f’corner mill-goalkeeper Akpan.

Fis-67 minuta, l-Istripes issiġillaw ir-rebħa meta xutt ta’ Satariano ġie salvat parzjalment minn Akpan, biex b’mod altruist u minflok ixxuttja f’lasti vojta, Alex Da Paixao Alves għadda l-ballun għan-nofs biex is-sostitut PAUL MBONG mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fil-75 minuta, l-istess Paul Mbong kellu żewġ tentattivi li t-tnejn ġew salvati f’corner minn Akpan.

Il-Karkariżi resqu qrib it-tielet goal sekondi biss wara meta mill-corner li segwa, id-daqqa ta’ ras ta’ Ma­xuell Maia intemmet ftit barra.

BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 13-Tomislav Papazov, 27-Alessandro Coppola, 25-Neil Micallef, 24-Leandro Lacunza, 20-Manuel Morello, 59-Donovan Makoma (6-Pablo Gaitan 71), 20-Alex Satariano, 7-Alex Da Paixao Alves (93-Gislain Yikpe 79), 9-Kemar Reid (8-Paul Mbong 60), 91-Maxuell Samurai  – Coach: Stefano De Angelis

mosta: 22-David Udoh Akpan, 5-Sasha Cachia, 31-Joao Teixeira, 3-Matthew Garcia Bolanos, 23-Joshua Agyemang (9-Souleymane Kone 63), 13-Clayton Failla, 6-James Arthur, 4-Prince Afriyie (8-Junior Chukwuemeka 84), 21-Nathan Agius (16-Gianluca Sciberras 63), 10-Giancarlo Goncalves (7-Jamie Scerri 70), 29-Stephen Gabriel Chimezie   – Coach: Jos­eph Grech

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Robert Curtis

RABA’ UFF: Philip Farrugia

SKORERS: A. Satariano 6, P. Mbong 67 (B)

AMMONITI: T. Papazov, S. Makoma (B), M. B. Garcia, J. Arthur (M)

TKEĊĊA: J. Teixeira 47 (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport