Friday, November 15, 2024

“Biż-żieda fl-użu tal-kannabis ser ikollna iktar problemi psikjatriċi” 

Anthony Gatt, id-Direttur tal-Caritas

Aqra wkoll

Id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt iddikjara li għada pitgħada biż-żieda tal-użu tal-kannabisser ikollna iktar problemi psikjatriċi bħalma rajna żidiet fil-problemi tas-saħħa meta żied il-konsum tat-tabakk.

Hu qal dan waqt li kien qed jindirizza ċerimonja tal-gradwazzjoni fiċ-Ċentru Terapewtiku tal-Caritas f’San Blas, Ħaż-Żebbuġ, Gatt qal li l-problema tal-abbuż tad-droga hija realtà, hekk kif innota li l-użu rikreattiv tal-kokaina u l-kannabis qed jiżdied.

Il-President tar-Repubblika, George Vella qal li t-tnax-il persuna li temmew b’suċċess il-programm residenzjali terapewtiku ta’ Caritas Malta huma riflessjoni ta’ ħidma kollettiva biex illum għandhom tmun u kumpass aħjar biex jegħlbu l-isfidi li toffri l-ħajja.

“Nibża’ li fis-soċjetà li qed ngħixu ser nerġgħu nduru d-dawra li dorna bis-sigaretti”

Anthony Gatt

Minn naħa tiegħu id-Direttur Anthony Gatt qal  li 45% tal-klijenti li jfittxu l-għajnuna minħabba d-droga jkollhom problema bil-kokaina; 25% ikollhom problema ta’ eroina u 20% oħra jkollhom problema bil-kannabis. Gatt saħaq li minn sena għal oħra qed naraw iż-żieda fl-użu tal-kokaina u l-kannabis u t-tnaqqis fl-użu tal-eroina.

Fid-diskors tiegħu huwa qal li hemm lobbies fis-soċjetá li jimbuttaw għal iktar ftuħ anke b’għan ta’ legalizzazzjoni sħiħa tal-kannabis. Caritas flimkien ma’ 54 għaqda oħra ma ridux il-ftuħ li tipprovdi l-liġi tal-kannabis li llum ukoll tagħti lok għal hekk imsejħa kannabis shops li jippromwovu l-użu tal-kannabis u jbiegħu paraphernalia u props marbuta mat-tkabbir tal-ħaxixa u l-użu tagħha.

“Nibża’ li fis-soċjetà li qed ngħixu ser nerġgħu nduru d-dawra li dorna bis-sigaretti. Fil-ħamsinijiet is-sigaretti fid-dinja bdew jiġu promossi għall-użu fost l-irġiel sakemm saru ‘mit’. Jekk tpejjep inti cowboy, anke reklami jgħidu li t-tabakk tajjeb għas-saħħa kienu għamlu” kompla jgħid Anthony Gatt.

Ekonomija

Sport