Monday, September 23, 2024

Biża’ li jkollhom jiġu kanċellati operazzjonijiet minħabba riżerva baxxa ta’ demm

Aqra wkoll

F’appell li qiegħed jiċċirkola ċ-Ċentru tal-Għoti tad-demm qal li r-riserva tad-demm kompliet niżlet drastikament. Hawn bżonn b’urġenza l-gruppi O POSITIVE u A POSITIVE. 

Kompla li jekk ir-riserva tibqa’ baxxa se jkollhom jiġu kanċellati xi operazzjonijiet.

Illum is-Sibt miftuħin mit-8:00 a.m sas-6:00 p.m.

Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn https://blood.gov.mt/ , Facebookpage https://www.facebook.com/bloodmalta u Instagram page https://www.instagram.com/blooddonationmalta_official/

Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew 80074313 biex jistaqsi għal aktar informazzjoni.

Trasport b’xejn provdut ukoll billi ċċemplu 80074313.

Sport