Fl-aħħar sigħat il-Fondatur tal-ALSMalta Bjorn Formosa kellu jidaħħal l-Isptar Mater Dei hekk kif saħħtu bħal donna marret xi ftit lura.
Kienu l-ħbieb tiegħu li fuq il-profil tal-midja soċjali ftit tal-minuti ilu kitbu li “ftit sigħat ilu, Bjorn kellu bżonn jidħol l-isptar. Jidher li għandu infezzjoni serja fil-pulmun. Napprezzaw jekk illejla tgħidu talba għalih. Grazzi ħafna!”
Bjorn għadu kemm fetaħ dar oħra biex b’hekk ikun jista’ jgħin aktar pazjenti b’mard simili għal dak li għandu hu. Il-ħolm tiegħu baqa’ għaddejj hekk kif kien qiegħed jippjana aktar proġetti kbar dejjem biex jgħin aktar nies.