Hibernians ħabbru li l-captain Bjorn Kristensen ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb.
Fi stqarrija, Hibernians FC iddeskrivew lil Bjorn bħala mexxej veru fil-grawnd u barra minnu, li jkompli jkun pilastru ta’ saħħa fl-iskwadra hekk kif qed iħarsu ‘l quddiem lejn l-istaġun 2025/26 tal-Malta Premier.
Bjorn Kristensen qal: “Kburi li nilbes dan il-flokk. Lest li nagħti kollox għal din l-arma għal darb’oħra.”