Il-captain ta’ Hibernians, Bjorn Kristensen, rebaħ l-unur tal-ewwel LifeStar Player tax-Xahar għal Awwissu.
Kristensen kellu rwol ewlieni fiż-żewġ logħbiet ta’ Hibernians matul dan ix-xahar.
Rebħa kontra Gżira United u draw kontra Żabbar St. Patrick. Fl-aħħar logħba, skorja gowl spettakolari u ġie vvutat ukoll l-MVP tal-Partita.
Il-premju qabel ir-rebħa ta’ Hibernians nhar is-Sibt kontra Birkirkara, ġie ppreżentat mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ LifeStar Insurance, Roberto Apap Bologna.