Saturday, December 21, 2024

B’kollox il-Maltin irkupraw tmien persuni sfortunatament bla ħajja

Malta se tibgħat aktar ħaddiema fit-Turkija

Aqra wkoll

Il-Ministru Byron Camilleri ħabbar li Malta se tibgħat 32 ħaddiem ieħor tal-Protezzjoni Ċivili u tmien volontiera ġewwa t-Turkija biex jassistu fid-diżastru li ħalla t-terremot. Dan hekk kif il-ħaddiema, li preżentament jinsabu hemm, se jirritornaw lura fil-jiem li ġejjin. 

Huwa fakkar li se jkomplu jinġabru affarijiet bżonjużi għall-komunitajiet fis-Sirja u kif ukoll fit-Turkija, anke wara r-rispons qawwi tal-poplu kollu b’mod inġenerali.

Intant wieħed mill-uffiċjali Maltin li jinsabu fit-Turkija qal li r-reputazzjoni tal-Maltin ġewwa t-Turkija kompliet tikber u r-relazzjoni kompliet tissaħħaħ. 

Huwa kkonferma li b’kollox il-Protezzjoni Ċivili Maltija rnexxielha tirkupra tmien persuni, anke jekk sfortunatament dawn kienu kollha bla ħajja. 

Huwa żied jgħid li issa huma qabżu l-100 siegħa u li s-shiftijiet baqgħu għaddejjin 24 siegħa kuljum u li x-xogħol li kien qiegħed ikollhom kien wieħed ta’ ċertu portata. L-uffiċjali tal-lokal kienu qegħdin jitolbu lill-Maltin biex jassistuhom.

L-uffiċjal Malti qal li kien hemm każ fejn qalb torrijiet imġarrfa kienet għaddejja tfittxija għal persuna waħda u assistiti mill-uffiċjali Torok irkupraw il-persuna li sfortunatament laħqet mietet.

Ekonomija

Sport