Saturday, December 28, 2024

Bl-għajjat ta’ “Viva x-Xemx”, illejla jsir il-marċ ta’ Balzunetta

Aqra wkoll

Wieħed mill-akbar marċi brijjużi li jsiru fil-gżejjer Maltin huwa dak magħruf bħala “ta’ Balzunetta”, li jsir fit-Tielet Tridu fil-festa tal-Madonna tal-Loretu f’Għajnsielem.

Bl-għajjat ta’ Viva x-Xemx mijiet kbar ta’ persuni, kollha lebsin l-istess jimlew it-triq ewlenija tal-Imġarr bi briju liema bħalu. Xi ħaġa li ssib f’dan il-marċ ukoll hija l-famuża dullieħa li titħalla l-qoxra biss u mill-ġew tintela bix-xorb ħafna minnu jkun alkoħoliku.

Kien lejn il-bidu tas-snin 80 meta grupp ta’ persuni kienu marru għal marċ ta’ Balunetta lebsin l-istess. Minn dakinhar ‘il quddiem aktar persuni bdew jilbsu l-istess għal dan il-marċ biex illum il-ġurnata d-drapp li dejjem ikun bil-fjuri beda jinxata mill-għaqda tal-armar tal-istess raħal f’Għawdex.

Bla dubju ta’ xejn l-għajta ta’ Viva x-Xemx tkun tidwi mar-raħal kollu hekk kif lil Madonna ta’ Loretu li f’Għajnsielem hemm devozzjoni kbira tisejjaħ b’dan it-titlu.

Ekonomija

Sport