Sunday, December 22, 2024

“Bl-għajnuna tal-Gvern qegħdin insibuha aktar faċli”

Leon Bonnici, persuna oħra trans

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Persuna oħra trans, Leon Bonnici, għoġbu jkellimna fir-rigward fejn filwaqt li faħħar l-għajnuna tal-Gvern li għenithom kemm biex joħorġu fil-miftuħ, kif ukoll biex jagħmlu l-operazzjoni ta’ tranżizzjoni bla ħlas, ikkonferma l-abbuż imsemmi minn Marcelle.

“Illum il-ġurnata, permezz tal-għajnuniet tal-Gvern, qegħdin insibuha aktar faċli biex noħorġu open u nsibu għajnuna rigward tranżizzjoni b’xejn li pprovda Gvern Laburista. Imma, iva, min-naħa l-oħra nikkonferma li għad hawn dan it-tip ta’ abbuż u dan anke mill-familjari stess. Jien ġieli kelli esperjenzi simili. Mhux minn tal-familja però, min-nies u minn kollegi. In-nuqqas ta’ edukazzjoni fuq persuni queer huwa allarmanti ħafna. Għandna l-mezzi f’idejna ta’ aċċess ta’ mediċini b’xejn fost l-oħrajn imma fejn tidħol l-edukazzjoni dwar persuni trans u LGBTIQA+ b’mod ġenerali, m’hawnx. Dan lanqas fuq il-postijiet tax-xogħol,” spjegalna Leon.

Mistoqsi dwar kemm lokalment hija kbira l-komunità trans, Leon qalilna li l-persuni trans f’Malta li jaf huwa bihom huma madwar 50 trans irġiel b’etajiet varji taħt il-50 sena mentri trans nisa hawn aktar f’età akbar. Huwa spjega li bħala komunità jitqiesu bħala familja waħda u din mhiex kbira bħalma hija l-komunità LGBTIQA+.

Leon temm jgħidilna li huwa personalment irnexxielu joħroġ fil-miftuħ dwar l-għażla tal-ġeneru tiegħu u li għandu relazzjoni sabiħa mas-sieħba tiegħu li hija wkoll persuna trans.

Ekonomija

Sport