Sunday, December 22, 2024

Bl-Iżvezja fin-NATO tonqos il-possibilta ta’ konflitt fl-Ewropa tat-Trammuntana

Aqra wkoll

Rapport rivedut li ġie ppublikat nhar il-Ġimgħa li għaddiet ikkonkluda illi jekk l-Iżvezja tissieħeb  fin-NATO tiskoraġġixxi t-theddida ta’ kunflitt militari fit-Tramuntana tal-Ewropa. L-Isvezja u l-Finlandja qed jikkunsidraw li jingħaqdu wara li l-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna qanqlet appoġġ qawwi ħafna għas-sħubija fin-NATO. 

Ir-rapport isemmi kif is-sħubija tal-Isvezja fin-NATO tgħolli l-limitu ta’ kunflitti militari u b’hekk ikollha effett deterrent fl-Ewropa ta’ Fuq.

Għalkemm Moska wissiet dwar “konsegwenzi” li kieku l-Isvezja u l-Finlandja kellhom jidħlu fin-NATO, ir-rapport jiukkonsidra attakk armat bħala improbabbli ħafna, għalkemm għaraf il-possibbiltà ta’ provokazzjonijiet u ritaljazzjoni mir-Russi.

“L-opinjoni tagħna hija li aħna ma nsofrux attakk militari konvenzjonali b’reazzjoni għal kandidatura possibbli għan-NATO,” qalet il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Żvediż Ann Linde f’konferenza stampa nhar il-Ġimgħa iżda hija waqfet milli teskludi attakk militari Russu fuq il-pajjiż, u tenniet il-pożizzjoni tal-gvern tagħha.

Fil-jiem li ġejjin mistennija deċiżjoni formali dwar jekk l-Isvezja u l-Finlandja humiex se jissieħbu fin-NATO. Ftit jiem ilu, il-President u l-Prim Ministru tal-Finlandja ħarġu dikjarazzjoni flimkien biex iħeġġu lill-pajjiż jiffirma mingħajr dewmien. L-Iżvezja tradizzjonalment ippreferiet politika ta’ newtralità u baqgħet barra mill-alleanza tal-punent, u ma xtaqetx tipprovoka tensjonijiet fiż-żona.

Ir-Russja hija kontra NATO espansiva u estiża fuq il-fruntieri tagħha, li tqis bħala theddida għas-sigurtà tal-pajjiż. Moska diġa  wissiet li l-armi nukleari se jiġu skjerati qrib l-Iskandinavja u l-Baltiċi, jekk il-Finlandja jew l-Isvezja jiddeċiedu li jiffirmaw u jissieħbu.

Imwaqqfa wara t-Tieni Gwerra Dinjija, in-NATO (l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana) hija alleanza militari u politika tal-pajjiżi tal-Punent.

Jekk wieħed mit-30 stat membru tan-NATO jiġi attakkat minn qawwa barranija, l-oħrajn kollha huma obbligati li jgħinuha taħt it-termini tat-trattat.

Ekonomija

Sport