Sunday, December 29, 2024

Bla ebda rispett… jarmu ammont ta’ skart fit-toroq tal-Belt

Ħaddiema tal-Clean Malta jkollhom inaddfu

Aqra wkoll

Xi restoranti fil-Belt Valletta lbieraħ ramew skart barra fit-triq bit-tama li xi ħadd imur u jiġbru.

Kien is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit li qal li lbieraħ il-ħaddiema ta’ Clean Malta kellhom jidħlu xogħol tard filgħaxija biex inaddfu l-ħmieġ li ħallew ċertu sidien tar-restoranti.

Is-Sindku qal li “se nkun ċar u dirett għax hawn numru mhux żgħir ta’ restoranti li qed jiperaw mingħajr kuntrattur privat għal ġbir tal-iskart.”

Is-sistema tal-ġbir tal-iskart hi li l-Kunsilli Reġjonali huma responsabbli mill-ġbir tal-iskart domestika, iżda imbgħad negozju fosthom restoranti għandu jkollhom kollettur privat li jiġbor l-iskart tagħhom.

Il-Belt Valletta hija waħda mill-postijiet li jidher li s-sidien tan-negozji mhux qegħdin ikollhom kuntrattur privat bil-konsegwenza li qed iħallu ħafna skart barra fit-triq.

Zammit appella lil kull stabbiliment biex jirregola ruħu għax mingħajr ftehim ma’ kollettur privat wieħed ma jistax joperaw.

Hu rringrazzja lil ħaddiema ta’ Clean Malta li kellhom imorru l-Belt biex iżommu l-post nadif.

Ekonomija

1 kumment

  1. Ghalqilhom il hanut lill kull min jitfa zibel barra.Galhom ihalsu tax-xoghol li kellhom jaghmlu Clean Malta.Plus multa.Ghamel by law fil kunsill tal Belt li min jinqabad ihalli zibel barra jew ihammeg talaqlu l hanut ghal numru ta granet barra li sid jrid jaghmel xoghol fil komunita. IL KUNSILLI MHUX TAL BELT BISS IZDA KOLLA GHANDHOM IKUNU IBSIN MA MIN IHAMMEG.

Comments are closed.

Sport