Saturday, October 26, 2024

Black Friday… opportunità tajba biex tagħti l-laptop użat tiegħek lil tfal fil-bżonn

Aqra wkoll

Studju ta’ riċerka li sar mill-MISCO għal The Malta Trust Foundation matul is-sena li għaddiet stabbilixxa li 11% tat-tfal u ż-żgħażagħ f’Malta (madwar 6,000 żagħżugħ u żagħżugħa), fis-sistema edukattiva, jew m’għandhomx biżżejjed apparat elettroniku jew inkella m’għandhom xejn. 

Permezz tal-proġett tagħha “Your Device, Your Right”, The Malta Trust Foundation timmira li tipprovdi latops/tablets second-hand – li jiġu mnaddfa mid-data u rranġati – lil tfal żvantaġġati ta’ kull etá, biex ikunu jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom. Il-proġett jimmira wkoll li jnaqqas l-iskart elettroniku, filwaqt li jikkontribwixxi għall-ekonomija l-ħadra u s-sostenibbiltá. 

Il-Fondazzjoni tirċievi riferimenti għal studenti minn Kapijiet tal-Kulleġġi u minn NGOs. Fil-preżent għandha lista ta’ stennija ta’ madwar 300 student li għandhom bżonn laptop. Din hi emerġenza, hekk kif fid-dinja tal-lum ma nistgħux nippermettu li jkollna faqar diġitali. Il-ħiliet u l-iżvilupp edukattiv tat-tfal u ż-żgħażagħ li ma jkollhomx aċċess għal lezzjonijiet online u biex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol tad-dar se jkomplu jiġu mfixkla jekk ma jirċevux laptop. Flimkien nistgħu nagħtu l-għodda lil dawn iż-żgħażagħ żvantaġġati biex jidħlu f’impjiegi produttivi u bi qligħ fil-futur. 

Hu f’dan il-kuntest li The Malta Trust Foundation qiegħda tappella lill-kumpaniji, negozji u familji biex jagħtu b’donazzjoni l-laptops second-hand. In-negozji jaġġornaw regolarment l-apparat teknoloġiku tagħhom, u din tista’ tkun apportunitá għalihom biex jestendu r-Responsabbiltajiet Korporattivi tagħhom. 

Min jista’ jassisti lil dawn it-tfal hu mistenni jikkuntattja The Malta Trust Foundation fuq [email protected] biex jiftiehem id-dettalji dwar il-konsenja jew il-ġbir tal-laptops. Hu ġentilment mitlub biex mal-laptop jingħata wkoll iċ-charger. 

Sport