Sunday, December 22, 2024

Blackball: 16-il plejer jgħaddu għall-fażi tal-gruppi taċ-Champion ta’ Malta

Aqra wkoll

Illum tibda l-fażi tal-gruppi taċ-Champion ta’ Malta tal-Blackball fejn erbgħin plejer se jippruvaw jaslu sal-aħħar ta’ din il-kompetizzjoni.

Sadanittant fil-bidu ta’ din il-ġimgħa ntlagħbet il-fażi preliminari ta’ din il-kompetizzjoni fejn il-finalist tas-sena l-oħra Ivan Rizzo għadda għall-gruppi wara li għeleb lil Donna Bugeja 7-2. Mill-banda l-oħra, iċ-champion tal-blackball femminili Roberta Cutajar ma rnexxilhiex tikkwalifika għar-round li jmiss hekk kif ġiet megħluba minn Deacon Formosa 7-6.

Sadanittant l-14-il plejer l-oħra li qatgħu passaġġ għall-fażi tal-gruppi kienu Nick Muscat, Chris Galea, Conrad Catania, Matthias Debono, Rudger Xerri, Nordai Desira, Antoine Schembri, Lee Grima, Dennis Zammit, Neil Caruana, Caroline Grech, Jeffrey Farrugia, Raymond Caruana u Chaylon Castaldi.

Il-fażi tal-gruppi tibqa’ sejra sal-11 t’Ottubru sabiex eventwalment tintlagħab il-fażi eliminatorja bil-finali li hi skedata għat-18 t’Ottubru li ġej.

Ekonomija

Sport