Monday, November 10, 2025

Blackball: Aktar riżultati pożittivi mit-timijiet Maltin

Aqra wkoll

It-timijiet Maltin komplew juru s-saħħa tagħhom fit-tieni jum tal-Kampjonat Ewropew tal-Blackball 2025 li qed isir fil-belt Irlandiża ta’ Ennis, b’numru ta’ riżultati pożittivi u prestazzjonijiet ta’ livell għoli.

It-tim tal-irġiel A fetaħ il-ġurnata b’rebħa kbira ta’ 19–6 kontra La Réunion, iżda tilef b’mod sfortunat 13–12 kontra l-Iskozja f’logħba ta’ intensità għolja.

Malta in B komplew jiddominaw b’żewġ rebħiet oħra 21–4 kontra Wales B u 18–7 kontra l-Irlanda B1 filwaqt li t-tim ta’ taħt il-23 sena għeleb lit-tieni tim tal-Ingilterra 14–11 b’wirja ferm organizzata.

Fis-Seniors, il-Malta A tilfet kontra l-Ingilterra (15–9) u l-Katalonja (16–9), iżda l-Malta B rebħet b’mod konvinċenti kontra l-Irlanda B (15–10) u Irlanda B1 (16–9).

Fil-kategorija tal-Grand Masters, Malta għelbet lill-Katalonja 11–4 u lill-Irlanda 8–7 f’partiti eċċitanti.

Sadanittant il-programm tal-lum jinkludi ħafna logħbiet individwali bit-timijiet Maltin li se jkunu fl-azzjoni fid-9am u fis-6pm:

09:00 – Ingilterra U23 1 vs Malta U23 A
09:00 – Ingilterra U15 A vs Malta U15 A
09:00 – Wales Grand Masters A vs Malta Grand Masters A
18:00 – Malta U15 A vs Skozja U15 A
18:00 – Irlanda U23 2 vs Malta U23 A
18:00 – Ingilterra Seniors B vs Malta Seniors B

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport