Monday, February 2, 2026

Blackball: Cospicua Rangers A miżmuma fi draw minn Qormi Pinto A

Aqra wkoll

Il-leaders tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball Cospicua Rangers A ġew miżmuma fi draw ta’ 6-6 minn Qormi Pinto A f’logħba ferm bilanċjata. Ta’ dan kollu approfittaw Mrieħel Billiard House A li rebħu 11-8 kontra Ħamrun 147 A sabiex issa jinsabu biss punt bogħod mill-avversarji minn Bormla.

F’sezzjoni A tal-Kampjonat Reġjonali, Ħamrun 147 C huma fl-ewwel post hekk kif baqgħu jżommu l-konsistenza b’rebħa ta’ 11-6 kontra San Ġwann Tiki Taka Boys. Mill-banda l-oħra, kien hemm tliet punti importanti għal Qormi Pinto B u Valletta Fossa Boys li għelbu lil Żebbuġ St Joseph A 11-5 u Domus Kids Żejtun 11-3 rispettivament.

F’sezzjoni B tal-istess kampjonat, Birkirkara Youngsters u Ħamrun 147 B għadhom qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika. Il-Ħamruniżi rebħu 11-9 kontra San Ġwann Tiki Taka Spartans f’logħba ferm delikata filwaqt li lanqas il-Karkariżi ma sabuha faċli kontra Selmun Sports Club A minkejja li rebħu 11-8.

Siġġiewi Montekristo għelbu lil PL Balzan A 11-9.

Regional Section B

F’sezzjoni A tal-Community League, kien hemm logħba bilanċjata bejn Żebbuġ St Joseph B u Siġġiewi Montekristo C bl-iskor finali jkun dak ta’ 10-10.

Mill-banda l-oħra, waslu rebħiet għal Ħamrun 1889 Bar, Cospicua Rangers B u Birżebbuġa St Peter’s B li għelbu lil Selmun Sports Club C (11-7), Birkirkara Juve (11-6) u Mrieħel Billiard House (11-3) rispettivament.

Finalment f’sezzjoni B, Ħamrun 147 D huma l-uniku tim b’punti massimi minn seba’ logħbiet. Huma komplew fit-triq tal-konsistenza wara skor ta’ 11-9 kontra Birkirkara Boċċi. Qormi Anici, Birżebbuġa St Peter’s A u San Ġwann Tiki Taka Buddies ukoll irreġistraw rebħiet kontra Żebbuġ St Joseph (11-2), PL Balzan B (11-6) u Selmun Sports Club B (11-6) rispettivament.

STATISTIKA

National League

  • Cospicua Rangers A – 7
  • Mriehel Billiard House A – 6
  • Hamrun 147 A – 4
  • Qormi Pinto A – 3

Regional Section A

  • Hamrun 147 C – 12
  • Qormi Pinto B – 10
  • San Gwann Tiki Taka Boys – 7
  • Zebbug St Joseph A – 3
  • Valletta Fossa Boys – 3
  • Domus Kids Zejtun A – 0

Regional Section B

  • Birkirkara Youngsters – 12
  • Hamrun 147 B – 12
  • San Gwann Tiki Taka Spartans – 6
  • Siggiewi Montekristo A – 3
  • PL Balzan A – 1
  • Selmun Sports Club A – 1

Community Section A

  • PL Floriana – 16
  • Cospicua Rangers B – 15
  • Birkirkara Juve – 15
  • Hamrun 1889 Bar – 13
  • Birzebbuga St Peters B – 10
  • Zebbug St Joseph B – 8
  • Siggiewi Montekristo C – 6
  • Selmun Sports Club C – 4
  • Mriehel Billiard House B – 3

Community Section B

  • Hamrun 147 D – 21
  • Birkirkara Bocci – 18
  • Siggiewi Montekristo B – 15
  • San Gwann Tiki Taka Buddies – 12
  • Qormi Anici – 9
  • Selmun Sports Club B – 9
  • Birzebbuga St Peters A – 6
  • Zebbug St Joseph C – 4
  • PL Balzan B – 1

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport