Tuesday, May 13, 2025

Blackball: Cospicua Rangers A punt biss bogħod mil-leaders

Aqra wkoll

Cospicua Rangers A baqgħu fl-ogħla postijiet tal-klassifika tan-National Blackball League u jinsabu punt biss bogħod minn mal-leaders Ħamrun 147 A.

Il-Bormliżi kienu fl-azzjoni darbtejn il-ġimgħa l-oħra hekk kif wara li rebħu 11-3 kontra Jojo’s Birżebbuġa, huma għelbu lil Ħamrun 147 C 11-2.

Mill-banda l-oħra, Domus Kids Żejtun kellhom rebħa ta’ 11-5 kontra Selmun Sports Club A għalkemm tilfu 11-0 kontra Ħamrun 147 B.

Fil-Kampjonat Reġjonali hemm ġlieda bejn Qormi Anici Boys u San Ġwann Tiki Taka A li hemm biss żewġ punti jifirduhom.

Qormi Anici Boys għelbu 11-6 lil Qormi Pinto filwaqt li t-tim minn San Ġwann għelbu lil Qormi Anici Lions 11-1. Sadanittant, it-tim l-ieħor ta’ Tiki Taka B setgħu jiġu fi draw ta’ 10-10 minn Cospicua Rangers B.

F’sezzjoni A tal-Community League, San Ġwann Tiki Taka C għandhom 31 punt u jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika minkejja d-draw ta’ 10-10 kontra Selmun Sports Club B.

F’partita oħra li ntlagħbet, Qormi Anici Cappadocia għelbu lil PL Floriana 11-3 filwaqt li Attard Scorpions u Siġġiewi Montekristo kisbu rebħiet kontra PL Balzan (11-9) u Żebbuġ St Joseph (11-7) rispettivament.

Finalment f’sezzjoni B tal-Community League, Qormi Anici Calleja Ltd u Valletta Fossa Boys jinsabu ras imb’ras fl-ewwel post tal-klassifika.

Il-Qriema għelbu lil Mrieħel Billard House 11-8 u ħadu vantaġġ mit-telfa ta’ 11-8 li r-rivali Beltin sofrew kontra Qormi San Bastjan Boċċi.

F’logħba oħra, San Ġwann Tiki Taka rebħu 11-7 kontra Selmun Sports Club C.

KLASSFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Ħamrun 147 A, Cospicua Rangers A 30, Jojo’s Birżebbuġa 24, Ħamrun 147 C 22, Ħamrun 147 B 21, Selmun Sports Club A 12, Domus Kids Żejtun 6, San Ġwann Boċċi 4.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Qormi Anici Boys 37, San Ġwann Tiki Taka A 35, Qormi Pinto 32, Cospicua Rangers B, Birkirkara Boċċi 23, San Ġwann Tiki Taka B 22, Qormi Anici Stars 15, Qormi Anici Lions 9, Birkirkara Juve 0.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – SEZZJONI A

San Ġwann Tiki Taka C 31, PL Balzan 28, Qormi Anici Cappadocia 20, Siġġiewi Montekristo 19, Selmun Sports Club B 18, Żebbuġ St Joseph 15, PL Floriana 11, Attard Scorpions 7.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – SEZZJONI B

Qormi Anici Calleja Ltd, Valletta Fossa Boys 28, Qormi San Bastjan Boċċi, San Ġwann Tiki Taka 20, Selmun Sports Club C 10, Gżira Titans 4, Mrieħel Billiard House 3.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport