Monday, February 9, 2026

Blackball: Cospicua Rangers isaħħu l-ewwel post

Aqra wkoll

Cospicua Rangers jinsabu fl-ewwel post tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball wara li għelbu lil Mrieħel Billiard House 11-7. Qabel din il-logħba, punt biss kien qed jifred lil dawn iż-żewġ timijiet. It-tim minn Bormla kien eventwalment aktar preċiż minn dak tal-Imrieħel sabiex kisbu tliet punti importanti filwaqt li jridu jirkupraw partita.

Sadanittant kien hemm numru ta’ logħbiet miż-żewġ sezzjonijiet tal-Community League.

F’sezzjoni A, PL Floriana jinsabu fl-ewwel post, b’punt biss vantaġġ fuq Cospicua Rangers B.

Il-Furjaniżi kisbu rebħiet kbar ta’ 11-3 kontra Żebbuġ St Joseph B u 11-2 kontra Birżebbuġa St Peter’s B.

Mill-banda l-oħra, Cospicua Rangers B irrispondew b’rebħiet identiċi ta’ 11-4 kontra Mrieħel Billiard House B u Siġġiewi Montekristo C.

F’sezzjoni B, Ħamrun 147 D baqgħu għaddejjin bir-rekord perfett tagħhom ta’ disa’ rebħiet konsekuttivi. Matul din il-ġimgħa l-oħra huma rebħu 12-0 kontra Qormi Anici u 11-6 kontra Żebbuġ St Joseph C.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers A – 10 pts, Mriehel Billiard House A – 6 pts, Hamrun 147 A – 4 pts, Qormi Pinto A – 3 pts.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE SEZZJONI A

PL Floriana – 22 pts, Cospicua Rangers B – 21 pts, Hamrun 1889 Bar – 16 pts, Birkirkara Juve – 15 pts, Birzebbuga St Peters B – 13 pts, Zebbug St. Joseph B – 8 pts, Selmun Sports Club C – 7 pts, Siggiewi Montekristo C – 6 pts, Mriehel Billiard House B – 6 pts

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE SEZZJONI B

Hamrun 147 D – 27 pts, Siggiewi Montekristo B – 18 pts, Birkirkara Bocci – 18 pts, San Gwann Tiki Taka Buddies – 15 pts, Selmun Sports Club B – 15 pts, Qormi Anici – 12 pts, Birzebbuga St Peters A – 9 pts, Zebbug St. Joseph C – 4 pts, PL Balzan B – 1 pt

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport