Saturday, December 28, 2024

Blackball: Cospicua Rangers jirbħu n-National Knock-Out

Aqra wkoll

Cospicua Rangers rebħu n-National Knock-Out tal-Blackball meta fil-finali li ntlagħbet fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara għelbu lir-rivali Ħamrun 147 B 13-10.

Kif mistenni kienet logħba denja ta’ finali bejn tnejn mill-aqwa timijiet li għandna fil-Blackball lokali.

Il-Bormliżi bnew vantaġġ inizjali fejn ħin minnhom kienu 6-3 minn fuq iżda l-Ħamruniżi wettqu rimonta liema bħalha tant li rebħu s-sitt frames ta’ wara biex għamlu l-iskor 9-6 favurihom.

Il-logħba kompliet tkun pjaċevoli u wara li Ħamrun 147 B reġgħu kienu 10-8 minn fuq, Cospicua Rangers wettqu reazzjoni sabiex għamlu l-iskor 10-10 bil-konfront li eventwalment kellu jispiċċa fuq l-aqwa minn 25 frame.

Kien hawn li t-tim mill-Kottonera kienu motivati fejn rebħu t-tliet frames ta’ wara għal skor finali ta’ 13-10.

Fi tmiem il-konfront, il-plejers ta’ Cospicua Rangers bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom li laħqu l-qofol mal-preżentazzjoni tat-tazza lill-captain Mevrick Zammit.

Ekonomija

Sport