Ħamrun 147 A u Cospicua Rangers A temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 10-10. Din kienet logħba bejn tnejn mill-aqwa timijiet tal-blackball lokali li rriżulta f’wieħed bilanċjat u għalhekk ma kinitx sorpriża li ż-żewġ timijiet ħadu punt kull wieħed. B’dan id-draw CospicuaMri Rangers baqgħu jżommu t-tliet punti vantaġġ fuq l-istess Ħamruniżi fil-quċċata.
F’logħba oħra mill-Kampjonat Nazzjonali Mrieħel Billiard House għelbu lil Qormi Pinto A 11-7.
F’sezzjoni A tal-Kampjonat Reġjonali ġie rreġistrat draw ieħor ta’ 10-10 bejn San Ġwann Tiki Taka Boys u Qormi Pinto B. Mill-banda l-oħra, Ħamrun 147 C u Żebbuġ St Joseph A kisbu rebħiet identiċi ta’ 11-6 kontra Domus Kids Zejtun A u Valletta Fossa Boys rispettivament.
F’sezzjoni B Birkirkara Youngsters u Ħamrun 147 B jinsabu fl-ewwel post b’disa’ punti kull wieħed wara li għelbu lil Siġġiewi Montekristo (11-4) u PL Balzan A (11-6) rispettivament.
San Ġwann Tiki Taka Spartans kisbu rebħa ta’ 11-65 kontra Selmun Sports Club A.
Sadanittant f’sezzjoni A tal-Community League, PL Floriana huma l-leaders hekk kif għelbu lil Siġġiewi Montekristo C 11-6. Fit-tieni post hemm Birkirkara Juve li għelbu lil Birżebbuġa St Peter’s B 11-7.
Mrieħel Billiard House B għelbu lil Żebbuġ St Joseph B 11-9 filwaqt li Cospicua Rangers B kisbu rebħa ta’ 11-4 kontra Ħamrun 1889 Bar.
Finalment f’sezzjoni B tal-istess Community League, Birkirkara Boċċi u Ħamrun 147 D qed jikkmandaw il-klassifika ġenerali. Il-Karkariżi għelbu lil Żebbuġ St Joseph C 11-4 filwaqt li l-Ħamruniżi rebħu 11-9 kontra PL Balzan B.
F’aktar riżultati, San Ġwann Tiki Taka Buddies u Siġġiewi Montekristo kisbu rebħiet fuq Birżebbuġa St Peter’s A (11-5) u Selmun Sports Club (11-4) rispettivament.
Klassifika – National League
Cospicua Rangers A 7, Ħamrun 147 A 4, Qormi Pinto A 3, Mrieħel Billiard House A 3
Klassifika – Regional League Section A
Ħamrun 147 C 9, San Ġwann Tiki Taka Boys 7, Qormi Pinto B 7, Żebbuġ St Joseph A 3, Domus Kids Zejtun A 0, Valletta Fossa Boys 0
Klassifika – Regional League Section B
Birkirkara Youngsters 9, Ħamrun 147 B 9, San Ġwann Tiki Taka Spartans 6, PL Balzan A 1, Selmun Sports Club A 1, Siġġiewi Montekristo A 0
Klassifika – Community League Section A
PL Floriana 16, Birkirkara Juve 15, Cospicua Rangers B 12, Ħamrun 1889 Bar 10, Birżebbuġa St Peter’s B 7, Żebbuġ St Joseph B 7, Siġġiewi Montekristo C 5, Selmun Sports Club C 4, Mrieħel Billiard House B 3
Klassifika – Community League Section B
Birkirkara Boċċi 18, Ħamrun 147 D 18, Siġġiewi Montekristo B 15, San Ġwann Tiki Taka Buddies 9, Selmun Sports Club B 9, Qormi Anici 6, Żebbuġ St Joseph C 4, Birżebbuġa St Peter’s A 3, PL Balzan B 1

