Saturday, March 1, 2025

Blackball: Erba’ plejers jirbħu l-logħob ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tan-nazzjonijiet 2025

Aqra wkoll

Il-Malta Blackball Federation organizzat il-ħames turnew ta’ kwalifikazzjoni tat-tazza tan-nazzjonijiet 2025 b’erba plejers li rebħu l-finali rispettiva tagħhom. Philip Coleiro rebaħ il-finali tal-irġiel wara li rebaħ lil Miguel Amato 10-6 filwaqt li Matthias Debono xejn ma sabha faċli sabiex għeleb lil Neil Caruana 9-8 fil-finali ta’ taħt it-23 sena.

Fil-kategorija tal-iktar plejers ta’ esperjenza, Conrad Catania iddomina l-konfront tas-seniors 40 + wara li għeleb lil Christopher Demicoli 10-3 filwaqt li l-finali tal-Masters 50 + marret għand David Zammit li għeleb lil Jesmond Schembri 9-7.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport