Monday, October 20, 2025

Blackball: Erba’ plejers jissieltu għar-rebħ taċ-Champion ta’ Malta

Aqra wkoll

Erba’ plejers se jkunu qed jissieltu bejniethom fis-semifinali taċ-Champion ta’ Malta illejla hekk kif din il-kompetizzjoni prestiġġjuża organizzata mill-Malta Blackball Federation tinsab fil-fażi l-iktar deċiżiva tagħha.

Iċ-champion renjanti Johan Attard, Glenn Axiaq, Stephen Mangion u Gary Carr għaddew għal mal-aħħar erbgħa wara rebħiet ferm tajbin.

Johan Attard għeleb lil Clint Azzopardi b’rebħa dominanti ta’ 8-1 filwaqt li kien hemm konfront interessanti bejn Clayton Castaldi u Glenn Axiaq b’dan tal-aħħar jirbaħ 8-7.

Fil-logħbiet l-oħra tal-kwarti tal-finali, Stephen Mangion għeleb lil Miguel Amato 7-4 b’Gary Carr li ħareġ rebbieħ fuq Conrad Catania 8-4.

Illejla jintlagħbu s-semifinali fejn Stephen Mangion jilgħab kontra Glenn Axiaq filwaqt li Johan Attard jaffaċċja lil Gary Carr.

Il-finali se tintlagħab għada fit-8.30pm fl-MBF Arena f’Birkirkara.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport