Birkirkara Duke’s, Cospicua Rangers, Ħamrun 147 A u Jojo’s Birżebbuġa għaddew għas-semifinali tan-National Christmas Trophy tal-Blackball.
Il-Karkariżi għelbu lil San Ġwann Nick’s A 21-19 filwaqt li l-Bormliżi kienu aħjar minn Valletta Breakwater tant li rebħu 21-15.
Fil-dwell bejn żewġ timijiet mill-istess klabb, Ħamrun 147 A għelbu lil 147 B 21-11 filwaqt li Jojo’s Birżebbuġa kisbu rebħa tajba ta’ 21-8 kontra Birkirkara Youngsters.
Illum u l-Ġimgħa jsiru s-semifinali fuq żewġ legs fejn Birkirkara Duke’s jilagħbu kontra Cospicua Rangers filwaqt li Ħamrun 147 A jaffrontaw lil Jojo’s Birżebbuġa.
Il-finali tal-Christmas Trophy hi skedata għal nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Diċembru.
Fir-Regional Christmas Trophy, Valletta Fossa Boys huma l-ewwel finalisti għal nhar il-Ħamis 28 ta’ Diċembru wara li għelbu lil Selmun Bar A 21-14. Huma jistennew li jintlagħab it-tieni leg tas-semifinali l-oħra bejn Ħamrun 147 C u Ħamrun 147 D. S’issa t-tim C jinsab b’vantaġġ ta’ 13-7.
Finalment fil-Community Christmas Trophy, Selmun Bar B se jaffrontaw lil Marsa FC filwaqt li Birkirkara Duke’s C għandhom derby ferm interessanti kontra Juve Birkirkara A.
Il-finali se tintlagħab nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru.