Thursday, April 10, 2025

Blackball: Ġurnata ferm pożittiva għal Malta fil-ħames ġurnata tat-tazza tan-nazzjonijiet 2025

Aqra wkoll

Kienet ġurnata ferm pożittiva għat-timijiet Maltin fil-ħames ġurnata tat-tazza tan-nazzjonijiet 2025 fi Bridlington speċjalment mit-tim tal-irġiel li kiseb riżultat eċċezzjonali wara rebħa ta’ 13-12 kontra l-favoriti Skozja. B’dan ir-riżultat, it-tim immexxi minn Clevion Micallef għadda għall-fażi eliminatorja biċ-ċans li jkompli javvanza aktar f’din il-kompetizzjoni.

Aktar qabel, l-istess tim A tal-irġiel wera s-supremazija tiegħu b’rebħa ta’ 21-4 kontra Shetland sabiex issa jinsab fit-tieni post, saħansitra qabel l-Ingilterra.

Suċċess ieħor kiseb Leon Azzopardi fil-kompetizzjoni individwali fejn jinsab fis-semifinali wara li elimina lil Scott Anderson 5-2 sabiex illejla jilgħab kontra Stuart McCulloch.

Il-Malti l-ieħor Shaun Attard wasal sal-fażi tal-aħħar sittax iżda nqala’ wara telfa ta’ 5-1 kontra Graeme Sillars.

Fil-logħbiet l-oħra tat-timijiet, it-tim B tal-irġiel rebħu 18-7 kontra l-Irlanda B bis-Seniors A li rebħu 14-11 kontra l-Irlanda A u t-tim B li tilef 16-9 kontra Skozja B1.

Il-programm tal-logħob tal-lum fejn hemm involuti t-timijiet Maltin hu dan:

9:00 – Irġiel – Malta B – Ingilterra B

12:00 – Irġiel – Irlanda B1 – Malta B

12:00 – Irġiel – Mauritius A – Malta A

12:00 – Seniors – Malta A – Ingilterra A

15:00 – Seniors – Ingilterra B – Malta B

18:00 – Irġiel – Belġju A – Malta A

18:00 – Seniors – Awstralja A – Malta A

18:00 – Irġiel – Malta B – Ingilterra B1

21:00 – Seniors – Malta B – Skozja B

21:00 – Masters – Malta A – Ingilterra A

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport