Il-Ġimgħa, fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara ntlagħbu sett ta’ ħames finali sabiex jintgħażlu l-plejers li se jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali għal EURO 2023 tal-Blackball li se jsiru Malta.
Fil-finali tal-irġiel, Mevrick Zammit kompla bil-konsistenza tiegħu sabiex għeleb lil Dejan Grech 10-8.
Deacon Mifsud rebaħ il-finali ta’ taħt it-23 sena wara riżultat ta’ 9-8 kontra Liam Mifsud.
Fis-Seniors, Lee Grima għeleb lil Joseph Tabone 10-4 filwaqt li fil-Masters Antoine Aquilina kien aħjar minn Ivan Rizzo 10-8.
Finalment fil-Grand Masters Final, Joe Camilleri għeleb lil Mark Debono 8-3.