Ħamrun 147A rebħu n-National Christmas Trophy tal-Blackball meta fil-finali għelbu lil Qormi Pinto A 11-9.
Kienet logħba ferm li fiha ġara minn kollox, b’Ħamrun li ħadu vantaġġ inizjali ta’ 4-1 sa tmiem l-ewwel sessjoni.
Minkejja kollox fit-tielet sessjoni, il-Qriema wettqu rimonta u kienu qed jirbħu 8-7. Ħamrun baqgħu kalmi u fl-aħħar parti tal-logħba huma rebħu l-erba’ frames deċiżivi biex ħadu r-rebħa finali.
Dan kien it-tieni suċċess għal dan il-klabb hekk kif ġurnata qabel, Ħamrun 147 B rebħu r-Regional Christmas Trophy.
Ħamrun 147 A lagħbu b’Leon Azzopardi, Dejan Grech, Owen Amato, Philip Coleiro, Stephen Mangion bil-kowċ li kien Clayton Castaldi.
Qormi Pinto A kellhom lil Clint Azzopardi, Dylan Cassar, Mevrick Zammit, Troy Zammit, Lydan Debono, Ivan Rizzo, Glenn Axiaq u Joseph Fiteni bil-kowċ Malcolm Parnis li kien qed imexxihom.

