Monday, March 9, 2026

Blackball: Ħamrun 147 A u Qormi Pinto A b’vantaġġ inizjali

Aqra wkoll

Ħamrun 147 A u Qormi Pinto A kisbu vantaġġ inizjali fl-ewwel leg tan-National Easter Trophy. Il-Ħamruniżi rebħu 12-8 lil Mrieħel Billiard House A filwaqt li l-Qriema rebħu bl-istess skor lil Cospicua Rangers A.

Sadanittant matul din il-ġimgħa jkollna t-tieni leg li bih inkunu naf min se jgħaddi minn din il-fażi eliminatorja.

Fir-Regional Easter Trophy, Qormi Pinto B kisbu rebħa tajba ta’ 21-7 lil Selmun Sports Club A filwaqt li Ħamrun 147 B għelbu lil PL Balzan A 21-12. Anke San Ġwann Tiki Taka Spartans għaddew għall-fażi li jmiss wara rebħa ta’ 21-14 fid-derby kontra San Ġwann Tiki Taka Boys.

Matul din il-ġimgħa, San Ġwann Tiki Taka Spartans jilagħbu kontra Qormi Pinto B filwaqt li Żebbuġ St Joseph A se jaffaċċjaw lil Ħamrun 147 B fuq żewġ legs.

Finalment fil-Community Easter Trophy, PL Floriana u San Ġwann Tiki Taka Buddies kisbu skor identiku ta’ 21-10 kontra Siġġiewi Montekristo C u Selmun Sports Club C rispettivament sabiex għaddew għall-fażi li jmiss. Anke Ħamrun 147 D ingħaqdu magħhom wara rebħa ta’ 21-11 kontra Birżebbuġa St Peter’s A. Birkirkara Boċċi rebħu 21-0 kontra Birkirkara Juve.

Fil-logħbiet li jmiss minn din il-kompetizzjoni, Ħamrun 147 D jilagħbu kontra San Ġwann Tiki Taka Buddies filwaqt li Birkirkara Boċċi jaffrontaw lil PL Floriana.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport