Ħamrun 147 B rebħu n-National Easter Trophy 2023 meta fil-finali li saret fi Fuego Speakeasy Arena għelbu lil Jojo’s Birżebbuġa 11-7.
Kienet finali li għal ħafna drabi kienet amministrata tajjeb mill-Ħamruniżi, bit-tim minn Birżebbuġa li minkejja kollox dejjem baqa’ fil-logħba.
Fl-istess waqt, it-tim mill-Ħamrun kitbu l-istorja tal-blackball Malti hekk kif saru l-ewwel tim B li rebaħ avveniment tal-Premier. Kien il-plejer Chris Galea li daħħal l-aħħar boċċa u eventwalment dik rebbieħa.
Fl-aħħar tal-konfront, l-uffiċjal u anke referee Chris Busuttil ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Ħamrun 147 B.
Dan kien it-tieni unur mirbuħ minn Ħamrun 147 wara li fil-bidu tal-ġimgħa, it-team D kien rebaħ il-Community Easter Trophy.