Monday, March 10, 2025

Blackball: Ħamrun 147 C isaħħu r-raba’ post

Aqra wkoll

Ħamrun 147 C saħħew ir-raba’ post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball meta fl-unika logħba minn dan il-kampjonat għelbu lil Selmun Sports Club A 11-6 barra minn darhom.

Sadanittant mill-kampjonat reġjonali, Qormi Anici Boys għandhom erba’ punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom minkejja li ma kinux fl-azzjoni.

Qormi Pinto kienu fl-azzjoni darbtejn fejn wara li tilfu 11-6 kontra San Ġwann Tiki Taka A, rebħu 11-9 kontra San Ġwann Tiki Taka B. Dawn tal-aħħar pattew għal din it-telfa hekk kif għelbu lil Qormi Anici Lions 11-4.

F’sezzjoni A tal-Community League, PL Balzan baqgħu jikkmandaw il-klassifika wara li għelbu lil PL Floriana 11-8. Mill-banda l-oħra, Żebbuġ St Joseph, San Ġwann Tiki Taka C u Selmun Sports Club B ħarġu rebbieħa fuq Qormi Anici Cappadocia (11-8), Siġġiewi Montekristo (11-5) u Attard Scorpions (11-3) rispettivament.

Finalment f’sezzjoni B tal-istess Community League, Qormi Anici Calleja u Valletta Fossa Boys qegħdin flimkien fl-ewwel post.

Qormi Anici Calleja Ltd għelbu lil Gżira Titans 11-4 filwaqt li Selmun Sports Club C kisbu rebħa ta’ 11-3 kontra Mrieħel Billiard House. F’logħba ferm bilanċjata u inċerta sal-aħħar, San Ġwann Tiki Taka D għelbu lil Qormi San Bastjan Boċċi 8-7.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers 21, Ħamrun 147 A 22, Jojo’s Birżebbuġa 18, Ħamrun 147 C 16, Ħamrun 147 B, Selmun Sports Club A 12, San Ġwann Boċċi 4, Domus Kids Zejtun 3

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Qormi Anici Boys 27, Qormi Pinto, San Ġwann Tiki Taka A 23, Birkirkara Boċċi 20, San Ġwann Tiki Taka B 18, Cospicua Rangers B 15, Qormi Anici Stars 12, Qormi Anici Lions 6, Birkirkara Juve 0.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni A

PL Balzan 25, San Ġwann Tiki Taka C 24, Siġġiewi Montekristo, Qormi Anici Cappadocia, Selmun Sports Club B, 13, Zebbuġ St Joseph 15, PL Floriana 8, Attard Scorpions 4.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni B

Valletta Fossa Boys, Qormi Anici Calleja Ltd 22, San Ġwann Tiki Taka D 13, Qormi San Bastjan Boċċi , Selmun Sports Club C 10, Gzira Titans 4, Mrieħel Billard House 3.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport