Ħamrun 147 D rebħu l-Community Easter Trophy tal-Blackball meta f’finali intensiva huma għelbu lil Birkirkara Boċċi 13-11. Kienet logħba interessanti bil-Ħamruniżi li dejjem kienu fil-vantaġġ iżda bil-Karkariżi li dejjem baqgħu warajhom tant li għal darba darbtejn irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs. L-aħħar żewġ frames kienu deċiżivi għal Ħamrun 147 D sabiex jieħdu dak li xtaqu.
Ħamrun 147 D kienu ffurmati minn Shawn Bonaci li kien il-kowċ, Gaetan Fauzza, Carl Grech, Ian Zammit, Matthew Zammit, Marlon Bugeja, Leandro Mansueto, Neil Aquilina, Adolf Portelli u l-captain Andre Abdilla filwaqt li Birkirkara Boċċi kellhom lil Matthew Vella, Kieron Vella, Antoine Schembri, Waylon Micallef, Sheldon Brown, Clyde Briffa, Jerome Fiteni, Justin Farrugia, Sheldon Attard Lanzon, Izaak Muscat u Jurgen Galea bil-kowċ ikun Dylan Zammit.
Sadanittant illum tintlagħab finali oħra din id-darba mir-Regional Easter Trophy fejn Qormi Pinto B jaffaċċjaw lil Ħamrun 147 B.

