It-tieni ġurnata ta’ logħob fil-kategorija taż-żgħażagħ waqt it-tazza tan-nazzjonijiet 2025 fi Bridlington kienet waħda pożittiva hekk kif it-timijiet Maltin rebħu erbgħa mill-ħames logħbiet li lagħbu.
Fil-fatt, it-tim ta’ taħt il-15-il sena kellu żewġ rebħiet ta’ 8-7 kontra Skozaj A u 9-6 kontra l-Irlanda ta’ Fuq A għalkemm kien sfortunat li tilef 8-7 kontra l-Ingilterra A.
It-tim ta’ taħt it-23 sena kellu żewġ rebħiet idenfiċi ta’ 15-10 kontra l-Ingilterra B u Wales.
Il-logħob tal-Maltin ikompli llum b’dan il-programm:
9:00 – Under 23 – Ingilterra A – Malta
10:30 – Under 15 – Malta – Wales
14:00 – Under 23 – Malta – Wales B
Individwali:
12:00 – Riley Patterson – Denzel Falzon
12:00 – Tom Seaton – Jake Castaldi
Doubles
15:00 – Nick Muscat/Denzel Falzon – Daragh Carragher/Noah Corkish.