Monday, October 14, 2024

Blackball: Illum tintlagħab il-fażi tal-Aħħar 16 taċ-Champion ta’ Malta

Aqra wkoll

Sittax-il plejer ikkwalifikaw għat-tieni fażi tal-kompetizzjoni msejħa ċ-Champion ta’ Malta, organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball.

Il-logħob kien ferm bilanċjat tant li tlieta mill-gruppi kellhom imorru għal-logħbiet ta’ decider sabiex minnhom joħorġu aktar plejers ikkwalifikati.

Sadanittant illejla tintlagħab il-fażi tal-aħħar sittax fejn iċ-champion preżenti Clayton Castaldi jilgħab kontra Philip Coleiro filwaqt li l-finalist tas-sena l-oħra Ivan Rizzo jaffaċċja lil Ryan Pisani.

F’logħbiet oħra li se jintlagħbu llejla fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara, Leon Azzopardi jilgħab kontra Gilmoure Scicluna, Claudio Cassar jilgħab kontra Miguel Mizzi, Johan Attard jaffaċċja lil Warren Falzon b’Wayne Pace li joħodha kontra Stephen Mangion.

Finalment Gary Carr jilgħab kontra Clint Azzopardi filwaqt Dejan Grech jaffaċċja lil Lee Ryan.

Eventwalment nhar it-Tnejn li ġej jintlagħbu l-kwarti tal-finali u l-għada s-semifinali sabiex nhar l-Erbgħa li ġej tintlagħab il-finali.

Sport