Is-sitt ġurnata tat-tazza tan-nazzjonijiet tal-Blackball li qed issir fi Bridlington kienet ikkaraterizzata minn diversi timijiet Maltin li kienu fl-azzjoni f’logħbiet intensivi matul il-ġurnata tal-bieraħ.
It-tim A tal-irġiel għadda għas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni wara li spiċċa fit-tieni post tal-klassifika. Ilbieraħ huma rebħu lil Mauritius A 15-10 u lill-Belġju 21-4 f’konfronti li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.
Min-naħa l-oħra, it-tim B kellu rebħu ta’ 18-7 kontra l-Irlanda B1 u 17-8 kontra l-Ingilterra B1 għalkemm tilef kontra l-Ingilterra B 15-10.
Fl-azzjoni wkoll is-Seniors, b’Malta A li għelbu lill-Awstralja A 19-6 u lill-Ġibilta’ A 16-9 għalkemm tilfu kontra l-Ingilterra A 16-9. It-tim B tilef 20-5 kontra l-Ingilterra B u 15-10 kontra Skozja B.
Finalment il-Masters A kellhom logħba waħda kontra l-Ingilterra li fiha huma tilfu 17-8.
Fil-kompetizzjoni individwali, Leon Azzopardi wasal sas-semifinali iżda tilef kontra Stuart McColloch 6-3