Monday, April 14, 2025

Blackball: It-timijiet taż-żgħażagħ Maltin jibdew l-impenji tagħhom b’mod intensiv fi Bridlington

Aqra wkoll

It-timijiet taż-żgħażagħ Maltin fil-kategorija ta’ taħt il-15 u l-21 sena bdew l-impenji tagħhom fit-tazza tan-nazzjonijiet 2023 fi Bridlington b’mod intensiv fejn kien hemm riżultati mħallta.

Kien fid-doubles ta’ taħt il-15-il sena li l-Maltin marru tajjeb hekk kif il-koppja Denzel Falzon/Nick Muscat għelbu lill-Ingliżi Lukas Williams/Olly Watson 3-0 filwaqt li Jake Castaldi u Dielyn Edward kisbu rebħa ta’ 3-1 kontra Jude Halfpenny u Rory Rees.

Kien hemm ukoll rebħa dominanti ta’ 11-4 li Malta U15 kisbu fuq l-Ingilterra A u oħra ta’ 10-5 kontra Wales għalkemm aktar qabel huma tilfu 9-6 kontra l-Irlanda ta’ Fuq u kienu sfortunati li ma ħadux il-punti skor ta’ 8-7 kontra l-Iskozja.

It-tim ta’ taħt it-23 sena tilef 14-11 kontra Skozja B1, 15-10 kontra Skozja A u 13-12 kontra Skozja B.

Illum it-timijiet Maltin ikunu fl-azzjoni b’dan il-programm:

9:00 – Under 23 – Ingilterra B – Malta A

10:30 – Under 15 – Irlanda ta’ Fuq A – Malta

14:00 – Under 15 – Malta – Ingilterrra A

19:00 – Under 15 – Skozja A – Malta

19:00 – Under 23 – Malta – Wales

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport