Matul din il-ġimgħa ngħata bidu għar-Regional Knock-Out organizzat mill-Malta Blackball Federation. F’dan il-kampjonat jieħdu sehem diversi timijiet affiljati ma’ din il-federazzjoni u jintrebaħ bl-aħjar minn 40 frame.
Sadanittant tmien timijiet għaddew għar-rawnd tal-aħħar sittax wara li l-ġimgħa l-oħra rebħu l-logħbiet rispettivi tagħhom fir-rawnd preliminari.
Fl-iktar logħba inċerta u emozzjonanti, Domus Kids Żejtun kellhom imorru għal ħames sessjoni sabiex eliminaw lil Birkirkara Boċċi 23-21.
Min-naħa l-oħra, Mosta St Mary B, Mosta St Mary A, Juve Birkirkara A, Ħamrun 147 C, San Ġwann Nick’s A, Valletta Fossa Boys u Birkirkara Duke’s A għaddew għas-spejjeż ta’ PL Balzan B, Birkirkara Youngsters, Selmun Bar B, San Ġwann White Hart, Ħamrun 147 D, Jojo’s Birżebbuġa B u PL Balzan A.
Il-finali ta’ din il-kompetizzjoni tintlagħab fit-28 ta’ Settembru li ġej.