Se jkunu Johan Attard u Stephen Mangion li se jikkontestaw il-finali tal-lejla tal-kompetizzjoni taċ-Champion ta’ Malta organizzata mill-Malta Blackball Federation.
Il-holder Johan Attard għeleb lil Gary Carr 9-6 fis-semifinali filwaqt li Stephen Mangion kiseb rebħa ta’ 9-5 kontra Glenn Axiaq.
Iż-żewġ semifinali kienu ferm kumbattuti iżda l-esperjenza ta’ Mangion u d-determinazzjoni ta’ Attard wasslu sabiex dawn it-tnejn se jikokontestaw din il-finali.
Attard se jipprova jiddefendi t-titlu li rebaħ is-sena li għaddiet. Il-finali se tintlagħab fit-8.30pm fil-MBF Arena f’Birkirkara.