Monday, March 3, 2025

Blackball: Jojo’s Birżebbuġa jersqu viċin il-quċċata

Aqra wkoll

Jojo’s Birżebbuġa resqu viċin il-leaders Cospicua Rangers meta f’logħba ferm interessanti mill-kampjonat nazzjonali tal-Blackball huma għelbu lil Selmun Sports Club A 11-8. Mill-banda l-oħra, f’logħba bejn żewġ timijiet mill-istess klabb, Ħamrun 147 C għelbu lil Ħamrun 147 B 11-4.

Qormi Anici Boys baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat reġjonali wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Qormi Anici Lions 11-3.

Birkirkara Boċċi kellhom rebħa dominanti ta’ 11-0 kontra Birkirkara Juve filwqt li San Ġwann Tiki Taka A kisbu rebħa prezzjuża ta’ 11-7 kontra Cospicua Rangers B.

F’sezzjoni A tal-Commuity League, San Ġwann Tiki Taka C resqu viċin il-leaders PL Balzan wara li rebħulhom 11-5. Selmun Sports Club B kisbu rebħa identika kontra Żebbuġ St Joseph.

PL Floriana u Qormi Anici Cappadocia kisbu rebħiet identiċi ta’ 11-9 kontra Attard Scorpions u Siġġiewi Montekristo rispettivament.

Finalment f’sezzjoni B tal-Community League, Valletta Fossa Boys baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika hekk kif għelbu lil Selmun Sports Club C 11-3.

Mrieħel Billiard House u Qormi Anici Calleja Ltd kisbu rebħiet importanti kontra Gżira Titans (11-7) u San Ġwann Tiki Taka D (11-4) rispettivament.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers 21, Ħamrun 147 A 19, Jojo’s Birżebbuġa 18, Ħamrun 147 C 13, Ħamrun 147 B, Selmun Sports Club A 12, San Ġwann Boċċi 4, Domus Kids Zejtun 0

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Qormi Anici Boys 24, Qormi Pinto, San Ġwann Tiki Taka A, Birkirkara Boċċi 20, San Ġwann Tiki Taka B 15, Cospicua Rangers B 12, Qormi Anici Stars 9, Qormi Anici Lions 6, Birkirkara Juve 0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport