Ilbieraħ kienu fl-azzjoni t-tliet timijiet Maltin fil-kampjonati dinjija tal-Blackball li qed isiru fil-belt Franċiża ta’ Albi.
It-tim tal-irġiel beda b’telfa kontra Irlanda ta’ Fuq bl-iskor ta’ 15-10 u wara għelbu lil Ċipru bl-iskor ta’ 18-6 sabiex baqgħu fl-ewwel postijiet tal-klassifika.
Il-logħba tas-seniors bejn Malta u l-Marokk kienet waħda ferm eċitanti fejn iż-żewġ timijiet bdew telgħin ras imb’ras sabiex finalment kien it-tim Malti li ħareġ rebbieħ bil-punteġġ finali ta’ 13-12.
Fil-logħba ta’ wara, il-Maltin tilfu 14-11 kontra Wales.
Fil-kategorija ta’ taħt it-18 il-sena , iż-żgħażagħ Maltin tilfu kontra l-Awstralja bl-iskor ta’ 14-11 iżda pattew b’riżultat pożittiv ta’ 15-10 kontra Wales.