Thursday, October 17, 2024

Blackball: Mario Spiteri u Johnny Bray il-koordinaturi l-ġodda fi ħdan l-MBF

Aqra wkoll

Il-Malta Blackball Federation ħabbret li s-sur Lino Lauro irriżenja mir-rwol tiegħu bħala koordinatur tat-tournament fi ħdan din il-federazzjoni. Hu kien ilu jokkupa dan ir-rwol sa mis-sena 2012 meta twaqqfet il-Malta Blackball Federazzjoni.

L-istess federazzjoni ħatret lil Mario Spiteri u Johnny Bray li se jkunu qed jikkordinaw il-kompetizzjonijiet li se jsiru fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara u l-Anici Band Club Qormi rispettivament. Huma se jgħinu u jkunu ta’ spalla mal-federazzjoni fil-kalendarju intensiv ta’ logħob u kompetizzjonijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport