Tuesday, April 1, 2025

Blackball: Qormi Anici Cappadocia jirbħu l-Community Easter KO

Aqra wkoll

Il-kompetizzjonijiet tal-Għid organizzati mill-Malta Blackball Federation jinsabu fl-istadju tal-finali hekk kif saru magħrufa r-rebbieħa tal-Community League u l-finalisti tar-Regional League.

Qormi Anici Cappadocia għelbu lil PL Balzan 10-9 f’finali ferm interessanti sabiex rebħu l-Community Easter KO.

Aktar qabel, Qormi Anici Cappadocia rebħu l-isfida iebsa li tawhom PL Floriana 21-17 filwaqt li PL Balzan kisbu rebħa komda ta’ 21-9 kontra Qormi Anici Calleja.

Fir-Regional League kienu San Ġwann Tiki Taka A u Qormi Pinto li bbukkjaw posthom fil-finalissima wara rebħiet importanti fis-semifinali.

Wara draw ta’ 10-10 fl-ewwel leg bejn Cospicua Rangers B u Qormi Pinto, kienu dawn tal-aħħar li rebħu t-tieni leg bl-iskor kumplessiv ta’ 21-16.

Mill-banda l-oħra, San Ġwann Tiki Taka A kellhom rebħiet identiċi ta’ 11-9 fuq żewġ legs sabiex għaddew għall-finali wkoll.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport