Fis-sitt ġurnata ta’ logħob tal-Kampjonat Ewropew tal-Blackball li qed isir fil-belt Irlandiża ta’ Ennis kien hemm riżultati mħallta fil-kategoriji li t-timijiet u plejers Maltin ħadu sehem fihom.
Il-logħba bejn Malta A u Ingilterra A kien wieħed mill-aktar konfronti eċċitanti tal-ġurnata, hekk kif il-vantaġġ baqa’ jalterna min-naħa għall-oħra. Kull frame kienet battalja, u minkejja li Malta fetħet tajjeb, l-Ingliżi kull darba ġabu d-draw filwaqt li anke bdew jieħdu l-vantaġġ ftit ftit sa ma rebħu 13-12. Aktar qabel it-tim immexxi minn Clevion Micallef għelbu lill-Katalunja 17-8.
Fis-sezzjoni Men’s B, Malta kienet dominanti b’rebħa kbira 19-6 kontra l-Irlanda ta’ Fuq B1 filwaqt li Malta Seniors B tilfu 15-10 kontra Wales Seniors B.
Fis-sezzjoni U23, Malta kienu kompletament dominanti hekk kif rebħu lill-Irlanda 3 bl-iskor ta’ 22-3.
Finalment it-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena , kien hemm dominanza ċara wara li rebħu lill-Iskozja 11-4, u aktar tard għelbu lil Wales U15 A 12-3.
Sadanittant, dawn kienu r-riżultati tal-logħbiet individwali:
- Antoine Schembri 5-1 Garry Mitchell
- Dan Wells 5-2 Jason Mangion
- Sam Bennett 5-3 Clayton Attard
- Clayton Castaldi 5-4 Mikey Polley
- Eloy Alonso 5-4 Wayne Pace
- Joseph Tabone 3-5 Brian Garrick
- Billy Neil 3-5 Chris Tabone
- Wayne Brennan 3-5 Lee Grima
- Kevin Schembri 2-5 Dan Davis
- Stephen Mangion 2-5 Damian Milnes
- Clint Azzopardi 0-5 Mevrick Zammit
- Mario Spiteri 0-5 Paul Tierney
- Chris Tabone 3-5 Antoine Schembri
Finalment dawn huma l-logħbiet tal-lum fejn se jkunu involuti t-timijiet Maltin:
Ħin Irlandiż – 09:00/Ħin Malti 10:00
- Malta Mens B vs Skozja Mens B
- Malta U23 A vs Irlanda U23 1
- Malta U15 A vs Irlanda U15 A
Ħin Irlandiż – 12:00/ Ħin Malti 13:00
- Malta Mens A vs Belġju Mens A
Ħin Irlandiż – 13:30/ Ħin Malti 14:30
- Malta Grand Masters A vs Ġibilta’ Grand Masters A
Ħin Irlandiż – 18:00/ Ħin Malti 19:00
- Malta Seniors A vs Ġibilta’ Seniors A
- Malta Seniors B vs Skozja Seniors B

