Saturday, September 21, 2024

Blackball: Shazen Ciantar jikseb post fit-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena

Aqra wkoll

Il-plejer żagħżugħ Shazen Ciantar kiseb post fit-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena tal-Blackball meta f’finali ferm emozzjonanti li ntlagħbet fil-Każin tal-Banda Anici f’Ħal Qormi għeleb lil Zveyden Tabone 9-6. Dan tal-aħħar mela l-post vakanti li kien għad fadal fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena hekk kif Shazen Ciantar għażel li jirrappreżenta lil pajjiżu fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena.

Ciantar diġa’ wera l-potenzjal tiegħu f’finali oħra ftit tal-jiem ilu kontra Nordai Desira li tilef b’mod sfortunat. Iżda din id-darba kien ferm konsistenti sabiex kiseb l-objettiv tiegħu li jirrappreżenta lil pajjiżu.

Shazen Ciantar għandu 12-il sena u jinsab fl-ewwel xhur tiegħu jilgħab dan l-isport fejn qed juri potenzjal kbir u għandu futur mill-isbaħ quddiemu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport