Tuesday, April 8, 2025

Blackball: Sitt rebħiet minn sebgħa għat-timijiet Maltin

Aqra wkoll

It-timijiet nazzjonali Maltin kellhom ġurnata ferm pożittiva fit-tielet ġurnata tat-tazza tan-nazzjonijiet tal-Blackball li qed issir fil-belt Ingliża ta’ Bridlington. Fil-fatt, il-Maltin rebħu sitta mis-seba’ konfronti li lagħbu u jinsabu f’pożizzjoni tajba biex javvanzaw għal iktar fażijiet deċiżivi tal-kompetizzjoni.

It-tim A tal-irġiel kompla għaddej bil-mument pożittiv tiegħu wara li għeleb lill-Awstralja A 19-6 filwaqt li t-tim B rebaħ 16-9 kontra l-Irlanda ta’ Fuq B iżda tilef 14-11 kontra l-Iskozja B.

Fl-azzjoni wkoll it-tim tal-Masters li kiseb żewġ rebħiet ta’ 16-9 kontra Awstralja A u 14-11 kontra l-Irlanda ta’ Fuq A.

Finalment is-Seniors kellhom żewġ rebħiet ta’ 19-6 kontra Katalunja A u 17-8 kontra l-Irlanda ta’ Fuq B.

Illum ikollna aktar logħbiet b’dan il-programm:

13:00 – Seniors – Malta A vs Wales A

13:00 – Masters – Wales A vs Malta A

13:00- Seniors – Wales B vs Malta B

14:30 – Irġiel – Irlanda A vs Malta A

19:00 – Seniors – Ingilterra B1 vs Malta B

19:00 – Irġiel – Wales B1 vs Malta B

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport