Steven Muscat rebaħ il-kampjonat nazzjonali taż-żgħażagħ organizzat mill-Malta Blackball Federation. Fl-aħħar ġurnata ta’ logħob li ntlagħbet fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara hu spiċċa fi draw ta’ 5-5 kontra Haydn Magro u rebaħ 6-3 lil Nordai Desirea, riżultati li xorta waħda tawh it-titlu.
L-aħwa Jake u Chaylon Castaldi temmew dan il-kampjonat fit-tieni post bl-istess numru ta’ punti b’Jake li fl-aħħar ġurnata rebaħ 6-2 lil Nordai Desirea u 6-4 lil Nick Muscat.
Mill-banda l-oħra ħuh Chaylon tilef 6-1 kontra Haydn Magro u ġie draw ta’ 5-5 kontra Nick Muscat.
Dawn is-sitt plejers se jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali taż-żgħażagħ tal-blackball li se jieħu sehem fil-kampjonat Ewropew li se jsir f’Malta f’Novembru li ġej.
KLASSIFIKA FINALI – Kampjonat Nazzjonali taż-żgħażagħ tal-Blackball
Steven Muscat 20, Jake Castaldi, Chaylon Castaldi 18, Nordai Desira 17, Nick Muscat 6, Haydn Magro 5.