Sunday, November 16, 2025

Blackball: Steven Muscat u Nordai Desira champions tad-doubles U23

Aqra wkoll

Steven Muscat u Nordai Desira komplew jiktbu l-istorja tal-Blackball Malti meta saru ċ-champions u rebħu l-ewwel midalja tad-deheb għall-Malta b’rebħa ta’ 4-0 kontra l-koppja Maltija Chaylon Castaldi u Matthias Debono fil-finali kollha Maltija. Minkejja t-telfa fil-finali, Castaldi u Debono xorta rnexxielhom jirbħu l-ewwel midalja tal-fidda għall-pajjiż f’dawn il-Kampjonati Ewropej li qed isiru fil-belt Irlandiża ta’ Ennis.

It-tieni midalja għall-Malta waslet mingħand Nick Muscat u Denzel Falzon, li kellhom jċedu quddiem il-koppja Skoċċiża b’saħħitha Murray/Seaton fil-finali tad-Double Under 15 Ewropew. Intant, it-tim Malti U15 wera s-saħħa tiegħu meta għeleb lill-Iskozja 8-1 fis-semifinali u llum jaffaċċja lill-Irlanda ta’ Fuq fil-finali.

Fit-timijiet l-oħra, it-tim Malti ta’ taħt il-23 sena tilef 13-12 kontra l-Ingilterra, filwaqt li l-Mens B tilfu 13-9 kontra l-Irlanda. Fis-sezzjoni tas-singles, Mevrick Zammit kiseb rebħa mill-aqwa ta’ 6-3 kontra Robbie Warren biex avvanza għall-finali tal-lum kontra Anthony Monarch tal-Ingilterra.

Fl-aħħar nett, fis-seniors, Malta B tilfet 13-7 kontra l-Iskozja, iżda Malta A kisbet rebħa ta’ 13-8 kontra Wales.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport